Lokali Qorti

30 xahar ħabs fuq serqa minn farmhouse f’Marsaxlokk

Raymond Galea ta’ 52 sena minn Marsxalokk kien kundannat 30 xahar ħabs fuq serq minn farmhouse f’Marsaxlokk disa’ snn ilu.

L-akkużat kien is-suspettat ewlieni wara din is-serqa li seħħet f’Jannar 2008. Is-sid tal-farmhouse induna bis-serqa meta mar jitma l-annimali. Fl-investigazzjonijiet il-pulizija sabet stampa ta’ żiemel f’armarju fid-dar.

Din l-istampa ittieħdet għal eżamijiet forensiċi u kien interrogat Galea li ċaħad li hu qatt daħal fil-farmhouse. Minkejja dan, l-eżamijiet forensiċi wrew li l-marki tas-swaba tal-akkużat kienu jaqblu mal-marki elevati minn fuq l-istampa. Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, ikkonkludiet li fuq il-bażi tal-evdienza forensika hemm biżżejjed provi li jorbtu lill-akkużat mal-każ. Għalhekk Galea kien kundannat għal piena ta’ 30 xahar ħabs.