Elezzjoni 2017 L-għadd tal-Voti Lokali

Jinstabu l-500 vot li kienu mitlufa waqt l-Elezzjoni Każwali

509 vot li kienu mitlufa waqt l-għadd tal-Elezzjoni Każwali nstabu, dan hekk kif kienu mpoġġija fil-post żbaljat.

Il-509 vot li kienu parti mill-kwota ta’ Beppe Fenech Adami, bi żball tpoġġew kollha għand il-kandidat Jean Pierre Debono u b’hekk irriżulta li dawn kienu ġew klassifikati b’mod żbaljat.

 

Aktar kmieni:

Waqt l-għadd tal-voti fl-elezzjoni każwali – instabu madwar 500 vot mitlufa.

Dawn il-500 vot kienu qegħdin fil-proċess li jingħaddu waqt l-Elezzjoni Każwali, dawn hekk kif fis-7 Distrett Elettorali Beppe Fenech Adami ċeda s-siġġu tiegħu, u kienu qegħdin jintirtu l-voti għand il-kandidati rispettivi l-oħra.

Jirriżulta li kien hemm 500 vot nieqes wara li ingħadd it-total tal-voti fil-kwota ta’ Beppe Fenech Adami, ma’ dawk li llum intirtu għand il-kandidati li kkontestaw l-Elezzjoni Każwali.

Għal aktar informazzjoni dwar l-Elezzjoni Każwali biex jiġu eletti 5 deputati oħra f’isem il-Partit Nazzjonalista, aqra hawn:

LIVE: Jibdew l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Nazzjonalista