Elezzjoni 2017 Lokali

Elezzjonijiet każwali: 5 Deputati ġodda għall-PN fil-Parlament

F'isem il-Partit Nazzjonalista ġew eletti: Ivan Bartolo, Godfrey Farrugia, David Stellini, Karol Aquilina u Maria Deguara

15:59 – B’hekk l-Elezzjonijiet Każwali ġew fi tmiemhom. F’isem il-Partit Nazzjonalista ġew eletti: Ivan Bartolo, Godfrey Farrugia, David Stellini, Karol Aquilina u Maria Deguara.

15:58 – Dan hu r-riżultat finali li bih telgħet fil-Parlament Maria Deguara:

  • Maria Deguara – 2,302 vot – Elett
  • Graziella Galea – Eliminat
  • Alex Mangion – Eliminat
  • Alex Perici Calascione –  1,519 vot

15:55 – Titħabbar il-konferma li Maria Deguara ġiet eletta fil-Parlament Malti. Peress li Maria Deguara tinsab imsiefra, minfloka rringrazzja lil kull min għen fil-kampanja r-raġel tagħha Louis Deguara, eks Ministru f’isem il-Partit Nazzjonalista

15:28 – Fil-11 Distrett Elettorali: fl-elezzjoni għat-tieni siġġu fuq dan id-distrett, ġie eliminat il-kandidat Alex Mangion, u t-tieni għadd kien dan ir-riżultat tal-wirt tal-voti. Il-kwota għal dan id-Distrett hi ta’ 1,993. S’issa għad m’hemm l-ebda kandidat elett:

  • Maria Deguara – 1,858 vot
  • Graziella Galea – 881 vot
  • Alex Mangion – Eliminat
  • Alex Perici Calascione – 1,108 vot

15:26 – Issa jonqos biss l-aħħar deputat biex jiġi elett mill-11 Distrett Elettorali

15:20 – Fl-10 Distrett Elettorali: dan huwa r-riżultat finali li wassal biex Karol Aquilina jkun elett fil-Parlament. Il-kwota kienet ta’ 1,994 vot:

  • Alan Abela Wadge – Eliminat
  • Karol Aquilina –  2,014 vot – Elett
  • Graziella Attard Previ – Eliminat
  • Roselyn Borg Knight – Eliminat
  • Albert Buttigieg –  Eliminat
  • Anthony Buttigieg – Eliminat
  • Wayne Hewitt – Eliminat
  • George Pullicino – 1,633 vot
  • Nick Refalo –  Eliminat
  • Evelyn Vella Brincat – Eliminat

15:12 – Elett ir-raba’ deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina ġie elett mill-10 Distrett Elettorali.

14:53 – Fil-11 Distrett Elettorali: jingħalaq issa l-ewwel għad tal-voti sabiex jiġi elett it-tieni siġġu tal-Partit Nazzjonalista fuq dan id-distrett. Il-kwota hi ta’ 1,993, filwaqt li l-voti miksuba fl-ewwel għadd huwa dan:

  • Maria Deguara – 1,599
  • Graziella Galea – 754
  • Alex Mangion – 687
  • Alex Perici Calascione – 843

14:47 – Fl-10 Distrett Elettorali: jinfetħu l-voti tal-kandidat Nick Refalo wara li ġie eliminat, u issa jkompli l-wirt tal-voti:

  • Alan Abela Wadge – Eliminat
  • Karol Aquilina –  1,292 vot
  • Graziella Attard Previ – 1,167 vot
  • Roselyn Borg Knight – Eliminat
  • Albert Buttigieg –  Eliminat
  • Anthony Buttigieg – Eliminat
  • Wayne Hewitt – Eliminat
  • George Pullicino – 1,258 vot
  • Nick Refalo –  Eliminat
  • Evelyn Vella Brincat – Eliminat

14:36 – B’hekk s’issa jonqos biss li jitilgħu żewġ deputati oħra, wieħed mill-10 u ieħor mill-11 Distretti Elettorali. Dan hekk kif diġa’ ġew eletti Ivan Bartolo, Godfrey Farrugia u David Stellini.

14:12 – Dan hu r-riżultat li bih ġie elett uffiċjalment David Stellini fuq it-13 Distrett Elettorali:

  • Kevin Cutajar – 2,048 vot
  • Joseph Ellis – Eliminat
  • Vincent Ċensu Galea – Eliminat
  • Ryan Mercieca – Eliminat
  • Maria Portelli – Eliminat
  • David Stellini – 2,092 vot – Elett
  • Jason Zammit – Eliminat

13:58 – Fl-10 Distrett Elettorali: nidħlu fis-seba’ għadd fejn jiġi eliminat Alan Abela Wadge. Dawn huma l-voti s’issa:

  • Alan Abela Wadge – Eliminat
  • Karol Aquilina –  969 vot
  • Graziella Attard Previ – 958 vot
  • Roselyn Borg Knight – Eliminat
  • Albert Buttigieg –  Eliminat
  • Anthony Buttigieg – Eliminat
  • Wayne Hewitt – Eliminat
  • George Pullicino – 1,095 vot
  • Nick Refalo – 732 vot
  • Evelyn Vella Brincat – Eliminat

13:45 – Fis-7 Distrett Elettorali: kien dan ir-riżultat aħħari li bih ġie elett Godfrey Farrugia:

  • Sam Abela – 1,736 vot
  • Antoine Borg – Eliminat
  • Godfrey Farrugia – 1,975 vot – Elett
  • Peter Micallef –  Eliminat
  • David Vassallo – Eliminat
  • Ian Mario Vassallo – Eliminat

13:29 – Fit-13 Distrett Elettorali elett deputat ieħor ġdid fil-Parlament Malti David Stellini. Id-deputat ġdid f’isem il-gżira Għawdxija rringrazzja lill-familja u lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor ikkontribwixxew f’din il-kampanja. Irringrazzja lill-kandidati kollha u anke lill-votanti tal-Partit Nazzjonalista.

13:16 – Jiġi kkonfermat li ġie elett Godfrey Farrugia mis-7 Distrett Elettorali. Godfrey Farrugia stqarr li hu jinsab kuntent u emozzjonat bir-riżultat, filwaqt li rringrazzja lil kull min vvutalu. Wiegħed li se jibqa’ jħaddan l-ideali u l-prinċipji tiegħu fil-ħidma tal-Parlament.

13:06 – Fl-10 Distrett Elettorali: jibda s-sitt għadd, fejn ġiet eliminata Roselyn Borg Knight u l-voti tagħha bdew jintirtu. S’issa għad m’hemm l-ebda kandidat ikkonfermat fuq dan id-Distrett.

Alan Abela Wadge – 531 vot
Karol Aquilina – 538 vot
Graziella Attard Previ – 912 vot
Roselyn Borg Knight – Eliminat
Albert Buttigieg –  Eliminat
Anthony Buttigieg – Eliminat
Wayne Hewitt – Eliminat
George Pullicino – 1,070 vot
Nick Refalo – 709 vot
Evelyn Vella Brincat – Eliminat

12:58 – Fil-11 Distrett Elettorali: Dan huwa r-riżultat li bih Ivan Bartolo ġie elett fl-ewwel siġġu li se jittella’ minn dan id-Distrett, fejn saħansitra qabeż il-kwota wkoll, dik ta’ 1,993 vot.

  • Simone Aquilina – Eliminat
  • Ivan Bartolo – 2,317 vot – Elett
  • Maria Deguara – Eliminat
  • Graziella Galea – Eliminat
  • Alex Mangion – Eliminat
  • Alex Perici Calascione – 1,490 vot

12:56 – Fit-13 Distrett Elettorali: Ikompli wkoll il-ħamess għadd hekk kif ġie eliminat

  • Kevin Cutajar – 1,431 vot
  • Joseph Ellis – Eliminat
  • Vincent Ċensu Galea – Eliminat
  • Ryan Mercieca – 1,151 vot
  • Maria Portelli – Eliminat
  • David Stellini – 1,626 vot
  • Jason Zammit – Eliminat

12:54 – Fl-10 Distrett Elettorali: Ikompli għaddej l-proċess, fejn waqt il-ħames għadd tal-Elezzjoni Każwali kienu dawn il-voti hekk kif ġie eliminat Albert Buttigieg:

  • Alan Abela Wadge – 486 vot
  • Karol Aquilina – 492 vot
  • Graziella Attard Previ – 826 vot
  • Roselyn Borg Knight – 340 vot
  • Albert Buttigieg –  Eliminat
  • Anthony Buttigieg – Eliminat
  • Wayne Hewitt – Eliminat
  • George Pullicino – 1,021 vot
  • Nick Refalo – 611 vot
  • Evelyn Vella Brincat – Eliminat

12:52 – Fis-7 Distrett Elettorali: Jibda r-raba’ għadd, fejn ġie eliminat Antoine Borg. L-għadd s’issa huwa dan:

  • Sam Abela – 1,179 vot
  • Antoine Borg – Eliminat
  • Godfrey Farrugia – 1,507 vot
  • Peter Micallef –  Eliminat
  • David Vassallo – 1059 vot
  • Ian Mario Vassallo – Eliminat

12:48 – Elett l-ewwel deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista f’din l-Elezzjoni Każwali – Ivan Bartolo ġie elett fuq il-ħdax il-Distrett Elettorali. Issa jonqos kandidat ieħor biex jiġi elett fuq dan id-distrett. F’kumment lil netnews.com.mt, Ivan Bartolo qal li jinsab grat lejn dawk kollha li taw il-fiduċja tagħhom fih, filwaqt li stqarr li issa hu żmien li hu jservi fil-ħidma tal-Parlament.

12:38 – Fis-7 Distrett Elettorali: Il-proċess qed idum aktar minħabba l-problemi fil-qbil tal-voti u l-iżball tal-509 voti. Il-proċess wasal fit-tielet għadd, fejn issa ġie eliminat l-kandidat Peter Micallef. Il-kwota ta’ dan id-distrett hi ta’ 1,896 vot:

  • Sam Abela – 869 vot
  • Antoine Borg – 741 vot
  • Godfrey Farrugia – 1,310 vot
  • Peter Micallef –  Eliminat
  • David Vassallo – 838 vot
  • Ian Mario Vassallo – Eliminat

12:32 – Fl-10 Distrett Elettorali: Jibda r-raba għadd fejn it-tielet kandidat li safa eliminat kien Wayne Hewitt. Il-voti tiegħu bħalissa qegħdin jiġu mqassma, bil-kwota tad-Distrett tkun 1994 vot:

  • Alan Abela Wadge – 448 vot
  • Karol Aquilina – 454 vot
  • Graziella Attard Previ – 789 vot
  • Roselyn Borg Knight – 309 vot
  • Albert Buttigieg –  239 vot
  • Anthony Buttigieg – Eliminat
  • Wayne Hewitt – Eliminat
  • George Pullicino – 967 vot
  • Nick Refalo – 577 vot
  • Evelyn Vella Brincat – Eliminat

12:24 – Fit-13 Distrett Elettorali: Jiġi eliminat Jason Zammit, u b’hekk jibda r-raba’ għadd fejn il-voti tiegħu jibdew jintirtu mill-kandidati l-oħra tal-gżira Għawdxija. Il-kwota fuq dan id-distrett hi ta’ 2153 vot:

  • Kevin Cutajar – 1,114 vot
  • Joseph Ellis – Eliminat
  • Vincent Ċensu Galea – Eliminat
  • Ryan Mercieca – 946 vot
  • Maria Portelli – 810 vot
  • David Stellini – 1,361 vot
  • Jason Zammit – Eliminat

12:22 – Fil-11 Distrett Elettorali: Beda r-raba’ għadd wara li ġie eliminat Alex Mangion. Il-voti li ntirtu s’issa huma dawn, bil-kwota tkun ta’ 1993 vot:

  • Simone Aquilina – Eliminat
  • Ivan Bartolo – 1,820 vot
  • Maria Deguara – 842 vot
  • Graziella Galea – Eliminat
  • Alex Mangion – Eliminat
  • Alex Perici Calascione – 1,187 vot

12:00 – Fl-10 Distrett Elettorali: Beda t-tielet għadd wara li ġiet eliminata l-kandidat Evelyn Vella Brincat. Il-voti s’issa huma dawn, waqt li qegħdin jingħaddu l-voti tal-kandidat eliminat u jitqassmu:

  • Alan Abela Wadge – 405 vot
  • Karol Aquilina – 438 vot
  • Graziella Attard Previ – 761 vot
  • Roselyn Borg Knight – 301 vot
  • Albert Buttigieg –  233 vot
  • Anthony Buttigieg – Eliminat
  • Wayne Hewitt – 186 vot
  • George Pullicino – 905 vot
  • Nick Refalo – 559 vot
  • Evelyn Vella Brincat – Eliminat

11:53 – Fit-13 Distrett Elettorali: Hawnhekk ukoll beda t-tielet għadd, bl-eliminazzjoni tal-kandidat Joseph Ellis. Il-voti s’issa qabel ma jiżdiedu mill-wirt tal-eliminazzjoni huma dawn:

  • Kevin Cutajar – 976 vot
  • Joseph Ellis – Eliminat
  • Vincent Ċensu Galea – Eliminat
  • Ryan Mercieca – 880 vot
  • Maria Portelli – 743 vot
  • David Stellini – 1,129 vot
  • Jason Zammit – 514 vot

11:51 – Fl-11 Distrett Elettorali: Beda t-tielet għadd, fejn issa ġiet eliminata kandidat oħra, Graziella Galea. B’hekk bħalissa għaddej l-għadd tal-voti li se jintirtu mingħandha:

  • Simone Aquilina – Eliminat
  • Ivan Bartolo – 1,559 vot
  • Maria Deguara – 739 vot
  • Graziella Galea – Eliminat
  • Alex Mangion – 526 vot
  • Alex Perici Calascione – 1,004 vot

11:38 – Fit-13 Distrett Elettorali: Fid-Distrett ta’ Għawdex, ġie eliminat l-ewwel kandidat ukoll, Vincent Ċensu Galea. Il-kwota ta’ dan id-Distrett hi ta’ 2,153:

  • Kevin Cutajar – 870 vot
  • Joseph Ellis – 322 vot
  • Vincent Ċensu Galea – Eliminat
  • Ryan Mercieca – 820 vot
  • Maria Portelli – 687 vot
  • David Stellini – 1,070 vot
  • Jason Zammit – 482 vot

11:35 – Fil-11 Distrett Elettorali: F’dan id-Distrett ukoll beda t-tieni għadd, wara li ġiet eliminata l-kandidat Simone Aquilina. Il-kwota għal dan id-Distrett hi ta 1,993:

  • Simone Aquilina – Eliminat
  • Ivan Bartolo – 1,441 vot
  • Maria Deguara – 650 vot
  • Graziella Galea – 440 vot
  • Alex Mangion – 445 vot
  • Alex Perici Calascione – 903 vot

11:31 – Fl-10 Distrett Elettorali: Beda t-tieni għadd wara li ġie eliminat il-kandidat Anthony Buttigieg. Il-kwota għal dan id-distrett hi ta’ 1,994:

  • Alan Abela Wadge – 382 vot
  • Karol Aquilina – 421 vot
  • Graziella Attard Previ – 742 vot
  • Roselyn Borg Knight – 294 vot
  • Albert Buttigieg – 225 vot
  • Anthony Buttigieg – Eliminat
  • Wayne Hewitt – 182 vot
  • George Pullicino – 885 vot
  • Nick Refalo – 522 vot
  • Evelyn Vella Brincat – 134 vot

11:28 – Fis-7 Distrett Elettorali: Wara li ġie kkoreġut l-iżball fejn intilfu 509 vot, issa ġie eliminat il-kandidat Ian Mario Vassallo, u b’hekk beda t-tieni għadd bil-voti tiegħu jintirtu għand il-kandidati l-oħra f’din l-Elezzjoni Każwali. Il-kwota għal dan id-Distrett hi ta’ 1,896 vot:

  • Sam Abela – 652 vot
  • Antoine Borg – 591 vot
  • Godfrey Farrugia – 1,039 vot
  • Peter Micallef – 548 vot
  • David Vassallo – 547 vot
  • Ian Mario Vassallo – Eliminat

11:15 – Fit-13 Distrett Elettorali: Il-voti tad-deputat Marthese Portelli tqassmu fl-ewwel għadd ta’ din l-Elezzjoni Każwali. Il-kwota stabbilita’ fuq dan id-Distrett hi dik ta’ 2,153 vot:

  • Kevin Cutajar – 824 vot
  • Joseph Ellis – 295 vot
  • Vincent Ċensu Galea – 180 vot
  • Ryan Mercieca – 794 vot
  • Maria Portelli – 659 vot
  • David Stellini – 1,039 vot
  • Jason Zammit – 464 vot

11:10 – Fil-11 Distrett Elettorali: Mill-voti miksuba fl-Elezzjoni Ġenerali ta’ Simon Busuttil, il-wirt tal-voti fl-ewwel għad huwa dan. Dan id-distrett u l-ewwel distrett li fih ingħalaq u diġa’ ġiet eliminata l-ewwel kandidat. Il-kwota fuq dan id-Distrett hi ta’ 1,993:

  • Simone Aquilina – 412 vot (Eliminat)
  • Ivan Bartolo – 1,122 vot
  • Maria Deguara – 606 vot
  • Graziella Galea – 417 vot
  • Alex Mangion – 434 vot
  • Alex Perici Calascione – 893 vot

Bħalissa il-voti tal-kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista Simone Aquilina qegħdin fil-fażi li jintirtu.

11:04 – Fl-10 Distrett Elettorali: L-ewwel għadd għadu mhux magħluq, iżda mill-kwota li nkisbet mid-deputat Robert Arrigo s’issa ġew imqassma fl-ewwel għadd tal-Elezzjoni Każwali dawn il-voti:

  • Alan Abela Wadge – 364 vot
  • Karol Aquilina – 414 vot
  • Graziella Attard Previ – 732 vot
  • Roselyn Borg Knight – 292 vot
  • Albert Buttigieg – 213 vot
  • Anthony Buttigieg – 64 vot
  • Wayne Hewitt – 178 vot
  • George Pullicino – 882 vot
  • Nick Refalo – 509 vot
  • Evelyn Vella Brincat – 132 vot

Dawn it-totali ma qablux għal vot, u għaldaqstant bħalissa qed jerġa’ jingħaddew il-voti. S’issa għad m’hemmx il-kalkolazzjoni tal-kwota.

10:54 – Fis-7 Distrett Elettorali: It-total ta’ voti fl-ewwel għadd tal-wirt mill-kwota ta’ Beppe Fenech Adami  s’issa, minkejja li għadu ma ingħalaqx, huwa dan. F’dawn il-voti t’hawn taħt ma qabilx mat-total b’509 vot wara li ntilfu, iżda issa li nstabu għaddej il-proċess biex jiġu mqassma dawk ukoll:

  • Sam Abela – 652 vot
  • Antoine Borg – 591 vot
  • Godfrey Farrugia – 630 vot
  • Peter Micallef – 494 vot
  • David Vassallo – 518 vot
  • Ian Mario Vassallo – 374 vot

S’issa għadha ma saritx il-kalkolazzjoni tal-kwota minħabba li bħalissa qed jiġu mqassma l-509 vot li ma setawx jinstabu aktar qabel. Aqra aktar dwar dan hawn:http://bit.ly/2sUUkhm

10:46 – Il-vot irrapurtati mitlufa nstabu. Dan hekk kif 509 vot nieqes fuq is-7 Distrett mill-kwota ta’ Beppe Fenech Adami ġew imqegħda fil-post ħażin. Għal aktar informazzjoni: http://bit.ly/2sUUkhm

10:25 – Fis-7 Distrett instab total ta’ madwar 500 vot nieqes. Dawn il-voti kienu voti li nkisbu minn Beppe Fenech Adami.

10:19 – Fis-7 Distrett Elettorali: Mill-voti mirbuħa mill-kwota ta’ Beppe Fenech Adami, David Vassallo kiseb 518 vot.

10:17 – Fil-11 Distrett Elettorali: Ivan Bartolo kiseb total ta’ 1,122 vot.

10:16 – Fit-13 Distrett Elettorali: il-kandidat Għawdxi Kevin Cutajar kiseb 824 vot fl-ewwel għadd tal-elezzjoni każwali, filwaqt li Joseph Ellis kiseb 295 vot.

10:11 – Il-proċess bħalissa jinvolvi li jinfetħu l-voti tad-deputati eletti li qabżu l-kwota dakinhar tal-Elezzjoni Ġenerali – u dawn biss se jkunu qegħdin jittieħdu inkonsiderazzjoni fl-elezzjoni tal-llum sabiex jitilgħu kandidati fil-5 siġġijiet rispettivi li ġew imwaqqa. It-total tal-voti jvarja fuq kull Distrett li qed jiġi kkontestat.

10:00 – Fis-7 Distrett Elettorali: it-total tal-voti li nkisbu s’issa huma dawn:

  • Sam Abela – 650 vot
  • Antoine Borg – 591 vot
  • Godfrey Farrugia – 630 vot

09:30 – Bħalissa l-voti li qegħdin jiġu mqassma f’din l-Elezzjoni Każwali huma ta’ ħames Deputati li ġew eletti fuq żewġ distretti. Id-deputati diġa’ eletti li ħallew il-postijiet vakanti fid-Distretti Elettorali rispettivi huma:

  • Is-7 Distrett Elettorali – Beppe Fenech Adami
  • L-10 Distrett Elettorali – Robert Arrigo
  • Il-11 Distrett Elettorali – David Agius
  • Il-11 Distrett Elettorali – Simon Busuttil
  • It-13 DistrettElettorali – Marthese Portelli

09:00 – It-tqassim tal-voti beda fit-8:15am, sa issa l-ebda indikazzjonijiet.

Uffiċjali u kandidati tal-Partit Nazzjonalista jsegwu l-elezzjonijiet każwali

08:15 – Jibda t-tqassim tal-voti fid-distretti kollha li qed issir l-elezzjoni każwali fihom – iġifieri fis-7 Distrett, fl-10 Distrett, żewġ siġġijiet mill-11-il Distrett u fit-13-il Distrett Elettorali.

 

Dalgħodu, fuq netnews.com.mt se jkun qed jiġi rrappurtat l-andament tal-elezzjoni kawżwali sabiex jiġu eletti ħames deputati fil-Parlament f’isem il-Partit Nazzjonalista. Illum se jkunu qegħdin jinfetħu l-voti ta’ erba’ distretti u li għal dawn il-ħames postijiet fil-Parlament Malti hemm jikkontestaw 34-il kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista.

F’elezzjoni każwali, jingħaddu l-voti li ġab id-Deputat li jkun tela’ minn żewġ distretti – f’dak id-distrett li jkun ċeda. Min jikkontesta elezzjoni każwali ma jiswewlu xejn il-voti oriġinali li kien ġab hu fl-elezzjoni ġenerali fid-distrett.

L-elezzjonijiet każwali tal-Partit Nazzjonalista se jsiru kif ġej.

Fis-7 distrett se ssir l-elezzjoni każwali biex jimtela l-post li tbattal mill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami filwaqt li fl-10 distrett se ssir l-elezzjoni biex jimtela l-post li tbattal minn Robert Arrigo.

Fil-11-il distrett se ssir l-elezzjoni għal post li tbattal mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kif ukoll għal post li tbattal minn David Agius.

Fit-13-il distrett elettorali se ssir l-elezzjoni każwali għal post li tbattal minn Marthese Portelli.

Kif taħdem is-sistema tal-Elezzjonijiet Każwali? Aqra aktar fil-link t’hawn taħt:

Illum jibdew l-elezzjonijiet każwali: Kif jaħdmu?