Knisja Kultura Lokali

FILMAT: X’qed isir fil-Knisja ta’ San Pawl fil-Belt?

Ix-xogħol se jkun lest f'Settembru li ġej

Proġett kbir għaddej bħalissa fil-Knisja Kolleġjata ta’ San Pawl Nawfragu fil-Belt Valletta fejn professjonisti mill-Italja qed jaħdmu xogħol metikoluz immens biex jirrestawraw il-paviment ta’ din il-Knisja unika fil-kapitali.

Dan ix-xogħol ta’ restawr se jigi jiswa’ mal-€115,000 – flus li permezz tagħhom se jissewwew il-ħsarat li hemm fl-irħam tal-art u fid-dekorazzjonijiet antiki li hemm mal-paviment kollu tal-knisja.

Dalgħodu żorna l-Knisja ta’ San Pawl u tkellimna kemm mal-Kuratur kif ukoll mal-Arċipriet tal-parroċċa.

Il-feature għandu muntaġġ ta’ Maria Grech b’filmati ta’ Noel Zammit.