L-Awtorita’ għall-Ippjanar approvat biex l-eqdem binja li hemm f’Marsaskala, tinbidel fi propjeta’ kummercjali, f’restaurant, u parti minnha tkun residenzjali.
Jirriżulta li l-binja eżistenti għandha aktar minn 100 sena.
Skont is-sovraintentenza għall-wirt kulturali ta’ pajjiżna din il-binja preżentament hi ċassa u m’għandha xejn li jiġbed l-għajn u għallura ma oġġezjonatx li titwaqqa’ u tinbidel kif propost.
L-Awtorita’ rċeviet ammont kbir ta’ oġġezzjonijiet mir-residenti ta’ Marsascala biex din il-binja ma titwaqqax. Iżda l-Awtorita ghall-Ippjanar approvat li l-binja tiġi mibdula f’binja oħra b’disinn magħruf bħala post modern hybrid, li r-residenti li tkellmu ma’ Net News qed jargumentaw li m’għandu x’jaqsam xejn mal-karatteristika ta’ Marsaskala.
//= $special ?>