Raġel ta’ 56 sena residenti ż-Żejtun sofra ġrieħi gravi f’wiċċu waqt inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Ħal Far, Birżebbuġa.
Jirriżulta li fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tad-9:30, ir-raġel intlaqat waqt li kien qed iħaddem high-up. Hu ttieħed immedjatament lejn iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u minn hemm ittieħed lejn l-isptar Mater Dei b’emerġenza.
Dwar dan il-każ infetħet Inkjesta Maġisterjali waqt li l-Pulizija qed jinvestigaw dan il-każ.
//= $special ?>

