Il-Prinċep Filippu, id-Duka ta’ Edinburgh, iddaħħal l-Isptar Re Edward VII għall-osservazzjoni wara infezzjoni li qed isofri minnha.
Skont kelliema għal Buckingham Palace, ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta II iddaħħal l-Isptar bħala prekawzjoni għal kundizzjoni li ilu jbati minnha.
Fi triqtu minn Windsor Castle għall-Isptar f’Londra, hu rrappurtat li deher f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba, iżda ttieħed għall-osservazzjoni wara parir tat-tobba.
Il-kelliema ta’ Buckingham ma tatx aktar dettalji, fost l-oħrajn kemm se jdum l-Isptar għall-osservazzjoni.
//= $special ?>