Elezzjoni 2017 L-għadd tal-Voti Lokali

Ivan Bartolo elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti

Il-kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo ġie elett fil-Parlament Malti għall-ewwel darba.

Hekk kif illum saret l-elezzjoni każwali għal ħames siġġijiet f’isem il-Partit Nazzjonalista, Ivan Bartolo kien l-ewwel kandidat li ġie elett fuq il-11 Distrett Elettorali. Ivan Bartolo hu wkoll s-Sindku tal-lokalita’ tal-Mosta.

F’kumment lil netnews.com.mt, Ivan Bartolo rringrazzja lil dawk kollha li għenuh matul din il-kampanja elettorali, iżda fl-ewwel kummenti tiegħu hekk kif ġie elett fil-Parlament Malti hu stqarr ukoll li wasal iż-żmien biex isarraf il-fiduċja tal-poplu Malti u jservi bil-ħidma tiegħu.

Segwi aktar dettalji bl-aħħar aġġornamenti mill-Elezzjoni Każwali tal-llum hawnhekk:

LIVE: Segwi l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Nazzjonalista