Il-kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista Karol Aquilina ġie elett fil-Parlament Malti għall-ewwel darba – fejn ġie elett mill-10 Distrett Elettorali.
Fl-ewwel kummenti tiegħu lil netnews.com.mt, Karol Aquilina rringrazzja lil kull min għenu f’din l-elezzjoni ġenerali, u kif ukoll irringrazzja lin-nies taż-żewġ disretti li fihom kkontesta. Karol Aquilina stqarr ukoll li hu fil-preżent jinsab Sindku tas-Siġġiewi, u għaldaqstant l-kariga tiegħu fit-tmexxija tal-Kunsill Lokali se jkollha tiġi fi tmiema.
Karol Aquilina ġie elett fl-Elezzjoni Każwali fl-10 Distrett, hekk kif kien d-deputat Robert Arrigo li ċeda s-siġġu tiegħu fuq dan id-distrett.
Aktar dettalji u aġġornament dwar l-Elezzjoni Każwali hawnhekk:
//= $special ?>LIVE: Segwi l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Nazzjonalista