Elezzjoni 2017 Lokali

Maria Deguara eletta mill-Elezzjoni Każwali

Maria Deguara għadha kif ġiet eletta fil-Parlament Malti mill-11 Distrett Elettorali.

Il-kandidata f’isem il-Partit Nazzjonalista ma kinitx preżenti fis-sala minħabba li tinsab msiefra, iżda minfloka kien hemm r-raġel tagħha Louis Deguara li f’isimha rringrazzjaha lil kull min kien ta’ support.

Maria Deguara se tingħaqad ma’ Ivan Bartolo li wkoll ġie elett fuq dan id-distrett illum fl-Elezzjoni Każwali.

Maria Deguara ġiet eletta wara li d-deputat David Agius ċeda s-siġġu tiegħu fuq il-11 Distrett Elettorali.

Maria Deguara, minbarra li issa hi Membru Parlamentari eletta, hi wkoll is-Sindku tan-Naxxar.