Lokali

Marlene Farrugia se tkun parti mill-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni

Marlene Farrugia

Il-mexxej tal-Partit Demokratiku, Marlene Farrugia, se tkun parti mill-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

Dan ingħad fi stqarrija maħruġa mill-Partit Demokratiku. Stqarrija li fiha jingħad li b’din id-deċiżjoni l-Oppożizzjoni se tkun aktar effettiva u dan biex ikun hemm skrutinju akbar fuq il-gvern.

Dan ġie deċiż f’laqgħa li saret tal-Eżekuttiv tal-Partit Demokratiku.

Fl-elezzjoni tat-3 ta’ Ġunju l-kandidati tal-Partit Demokratiku kienu mniżżlin flimkien mal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista bid-differenza li ħdejn isimhom kien hemm miktub tal-Oranġjo.

Flimkien il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Demokratiku wasslu l-messaġġ ta’ Forza Nazzjonali kontra l-korruzzjoni, Forza Nazzjonali għall-ġustizzja soċjali u Forza Nazzjonali għal viżjoni politika li pajjiżna għandu bżonn biex ikompli jikber ekonomikament.