Lokali

In-Nazzjon 21.06.2017

In-Nazzjon tiżvela li l-eks-President ta’ Qormi FC, Jesmond Aquilina, qed jiġi investigat mill-Malta Football Association dwar allegazzjoni ta’ match fixing f’logħba importanti tal-futbol lokali. Jesmmond Aquilina jista’ jsir is-Sindku ta’ Ħal Qormi wara li fl-elezzjonijiet każwali tal-bieraħ, is-Sindku ġiet eletta fil-Parlament, u bħala Viċi Sindku issa jmiss lilu li jinħatar Sindku tal-lokalità.

Stejjer oħra jittrattaw l-elezzjonijiet każwali li saru lbieraħ fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar li qed ikomplu dalgħodu biex jiġu eletti kandidati minflok flok dawk li fl-elezzjoni ġenerali kienu eletti minn żewġ distretti.

Il-paġni tal-opinjonijiet insibu l-analiżi politika ta’ David Casa, Mark Anthony Sammut u Justin Schembri.