Il-kowċ Serb Marko Orlovic se jkun qed jibqa’ ma’ San Ġiljan għal sena oħra wara li ġedded il-kuntratt ma’ San Ġiljan sa tmiem l-istaġun tas-sena d-dieħla. Dan seħħ wara qbil bejnu u l-President ta’ San Ġiljan Daniel Aquilina.
Orlovic li jinsab fit-tielet sena tat-tmexxija teknika tat-tim, kien strumentali biex San Ġiljan rebħu l-kampjonat fl-2015 wara nuqqas ta’ 20 sena. Minn dakinhar, San Ġiljan rebħu wkoll darbtejn il-kampjonat tax-xitwa, darbtejn it-Tazza tal-President u darbtejn in-knock-out.
“L-offerta tal-klabb li jġedded il-kuntratt lejn nofs l-istaġun, hu sinjal ċar ta’ impenn u fiduċja fil-kowċ, fl-abbiltajiet u l-ambizzjonijiet li jirbaħ aktar unuri għat-tim tagħna u jkompli jaħdem tajjeb fuq l-iżvilupp taż-żgħażagħ tagħna,” qal il-President Daniel Aquilina. Il-klabb irringrazzja lil Marko Orlovic tal-impenn u l-lealtà lejn il-klabb u jħares fil-futur għal aktar suċċess flimkien.
F’dan l-istaġun, San Ġiljan jinsabu fil-quċċata tal-kampjonat tas-sajf wara li rebħu l-erba’ partiti kollha li lagħbu sa issa.
//= $special ?>