Futbol Sport

Sentenza sospiża ta’ sena ħabs għal Angel Di Maria

Angel Di Maria ammetta li evada t-taxxa

Il-plejer ta’ Paris Saint-Germain Angel Di Maria ngħata sentenza ta’ sena ħabs sospiża u mmultat €2 miljun wara li nstab ħati li evada t-taxxa fi Spanja. Di Maria ammetta li evada total ta’ €1.3 miljun fuq drittijiet tal-immaġini, waqt il-perjodu li lagħab ma’ Real Madrid bejn l-2010 u l-2014.

L-Arġentin ta’ 29 sena għamel ftehim mal-awtoritajiet tat-taxxa Spanjola biex jevita li jitressaq, biż-żewġ akkużi jwasslu magħhom sentenza ta’ sitt xhur ħabs. Iżda Di Maria mhux se jkun qed jagħmel żmien il-ħabs għaliex jekk persuna ma jkollha l-ebda rekord kriminali ma tidħolx il-ħabs jekk teħel piena ta’ taħt is-sentejn.

Di Maria ħalla lil Real Madrid f’Awwissu tal-2014 u ffirma kuntratt ta’ ħames snin ma’ Manchester United bi trasferiment ta’ kważi €68 miljun. Mar-Red Devils Di Maria lagħab għal staġun qabel ma’ ngħaqad ma’ PSG fis-sajf tal-2015.