Lokali

Skont kunsillier u impjegat tal-PL, il-Kap il-ġdid tal-PN għandu jkun iż-żibel

Skont il-kunsillier tal-Partit Laburista tal-Kunsill tal-Belt Valletta, Ray Azzopardi (xellug) u Ray Attard (lemin) l-eks kunsillier tal-Partit Laburista fil-Belt u impjegat tal-Partit Laburista, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista għandu jkun iż-żibel.

Il-kunsillier u l-eks kunsillier ilbieraħ kienu s-sala tal-għadda tal-voti fin-Naxxar waqt l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Laburista, u jidher li waqt li kienu hemm jistennew l-għadd tal-voti, huma ddeċidew li jiehdu dan ir-ritratt u jpoġġuh fuq facebook.

Ħafna fuq il-midja soċjali kkummentaw li dan ikompli jikkonferma kemm Joseph Muscat falla fil-wegħda tal-unità u għaqda nazzjonali.

Ray Attard hu eks kunsillier tal-Partit Laburista fil-Belt Valletta wara li rriżenja f’din il-leġislatura għal raġunijiet personali. B’mod ripetut hu kien ifalli l-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.

Il-Kunsillier Ray Azzopardi kien diversi drabi f’kontroversji kif ukoll kien kundannat diversi drabi mill-Kunsill Lokali.

Kundanna għall-aġir ta’ Kunsillier Laburista fil-Belt Valletta