Żewġ gowls fit-tieni taqsima kienu biżżejjed biex il-Messiku jiksbu wkoll l-ewwel rebħa fi Grupp A wara li għelbu lil New Zealand 2-1. Il-wirja tal-Messikani kienet ħafna fit-tieni taqsima, b’tim esperimentali hekk kif il-kowċ nazzjonali għażel li jibdel tmien plejers regolari mill-ewwel ħdax. New Zealand urew titjib mill-aħħar logħba u żgur li huma diżappuntati li ħarġu b’idejhom vojta.
New Zealand fetħu l-iskor fit-42 minuta b’gowl minn quddiem il-lasta ta’ Chris Wood. Il-Messiku ġabu d-draw fl-54 minuta permezz ta’ xutt sabiħ ta’ Raul Jimenez, biex Oribe Peralta skorja l-gowl tar-rebħa fit-73 minuta b’xutt mill-ewwel mill-qrib.
Klassifika wara żewġ logħbiet: Il-Portugall 4 punti, il-Messiku 4 punti, ir-Russja 3 punti, New Zealand 0 punti
//= $special ?>