Internazzjonali

Tkompli l-ħidma ta’ salvataġġ fil-Portugall; 60 konfermati mejta

Burnt cars block the road between Castanheira de Pera and Figueiro dos Vinhos, central Portugal, Sunday, June 18 2017. Raging forest fires in central Portugal killed at least 50 people, many of them trapped in their cars as flames swept over a road Saturday evening. (AP Photo/Armando Franca),

Tkompli l-ħidma bla rażan fil-Portugall kontra n-nirien kbar li hemm fiċ-ċentru tal-pajjiż. Nirien li s’issa swew il-ħajja ta’ aktar minn 60 persuna u l-feriment ta’ 150 persuna oħra.

Biex jiggieldu n-nirien, bhalissa hemm impenjati aktar minn 1,000 Pulizija tat-tifi tan-nar. Sadattant hemm rapporti konfliġenti x’ġara minn ajruplan li jintuża fit-tifi tan-nar. Uffiċjali Portugiżi qed isostnu li dan iġarraf filwaqt li oħrajn qed isostnu li m’hemm l-ebda ajruplan nieqes.

B’kollox hemm 30 minn dawn l-ajruplani impenjati kontra n-nirien fil-Portugall.

Ajruplani ġejjin fost l-oħrajn mill-Italja, Spanja, il-Marokk u Franza.