Lokali

3 se jattendu konferenza għolja fi Brussell wara li pparteċipaw fis-‘Secret Garden’

Din is-sena l-istudenti li pparteċipaw fis-Secret Garden tal-President ta’ din is-sena rdoppjaw, hekk kif kien hemm aktar minn elfejn tifel u tifla li żaru dan il-ġnien.

Tlieta mill-parteċipanti u membri tal-Kunsill tat-Tfal u l-Kunsill ta’ Persuni Zgħar, il-ġimgħa d-dieħla mistennija jmorru Brussell hekk kif ingħataw l-opportunità biex jattendu laqgħa tal-Aġenzija Ewopea għad-Drittijiet Fundamentali.

It-tfal, Maleck Haj Moussa li għanda 13-il sena, Sharon Cilia ta’ 12 il-sena, u Laura Marie Mercieca, ta’ 15-il sena, se jkunu qed jattendu konferenza dwar il-migrazzjoni, il-faqar u l-inklużjoni speċjali.