Tfajla ta’ 24 sena nżammet arrestata fuq każ li fih hi ippuntat sikkina lejn mara oħra biex tisiriqilha basket.
F’dan il-każ il-mara, Mariam Elabed ta’ 24 sena, kienet akkużata b’serq aggravat ta’ €80 fi flus, liċenzja tas-sewqan, oġġetti oħra u credit card. Hi kienet akkużata li ħatfet lill-persuna kontra r-rieda tagħha, li għamlet ħsara f’vettura, li kellha sikkina u li kienet riċediva.
Il-mara kienet arrestata wara li ipprovat tuża l-credit card misrqua. It-tfajla wieġbet li mhux ħatja tal-akkużi mressqa kontriha iżda l-qorti ma tagħtix il-libertà proviżorja. Jirriżulta li t-tfajla akkużata għandha bżonn kura medika kuljum minħabba problema ta’ droga. Il-qorti ċaħdet il-ħelsien mill-arrest minħabba l-gravità tal-każ u għax dan il-każ seħħ meta t-tfajla kienet riċediva.
//= $special ?>

