L-eks Champion tal-Wimbledon Boris Becker kien dikjarat fallut minn uffiċjal tal-qorti li rah jilgħab f’Centre Court. L-avukati tat-tliet darbiet Champion tal-Wimbledon talbu lill-qorti f’Londra llum għall-aħħar ċans biex iħallas id-dejn li ilu għal żmien twil.
Iżda d-deċiżjoni ttieħdet wara li kien hemm nuqqas ta’ evidenza kredibbli li d-dejn sostanzjali li għandu kien se jitħallas malajr u rrifjutat li taġġorna l-każ għala 28 ġurnata oħra.
Becker wara ħareġ stqarrija permezz tat-tim legali tiegħu fejn esprima l-frustrazzjoni għad-deċiżjoni tal-qorti. “Kont sorpriż u diżappuntat li għażlu li jipproċedu kontriha. Din l-ordni hi relatata ma’ self li kont se nħallas b’mod komplet fi żmien xahar. Hu diżappuntanti li t-talba tiegħi biex is-smigħ tal-każ jiġi pospost ma ntlaqatx.”
L-istqarrija kompliet tgħid li d-dħul tiegħu hu pubbliku u hu ċar li għandu l-mezzi biex iħallas id-dejn. Il-valur tal-assi in-kwistjoni jaqbeż sew id-dejn li għandi nħallas lil Arbuthnot Latham. Hu qal li se japplika biex din l-ordni tissolva immedjatament u sadanittant se jikkonċentra fuq xogħlu.
Il-Ġermaniż kien sar l-iżgħar Champion tal-Wimbledon tal-irġiel fl-età ta’ 17-il sena, 7 xhur u 15-il ġurnata fl-1985. Hu kompla biex rebaħ darbtejn oħra fl-1986 u fl-1989. Becker li kien ukoll numru wieħed tad-dinja, rebaħ sitt Grand Slams fosthom tnejn fl-Awstralja u ieħor fl-Istati Uniti. Riċentament mexxa lil Novak Djokovic għal tliet snin qabel maż-żewġ partijiet spiċċaw f’Diċembru li għadda.
//= $special ?>