Lokali

Ċiklist ta’ 18-il sena jweġġa’ wara li ntlaqat minn karozza fl-Imsida

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Ċiklist ta’ 18-il sena ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li ntlaqat minn karozza fl-Imsida.

Jirriżulta li ċ-ċiklist, minn Ħal-Tarxien, għall-ħabta tal-4:30p.m. ittajjar minn karozza misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena minn Ħal-Qormi.

Iż-żagħżugħ ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-kundizzjoni tiegħu għad mhix magħrufa.