Wara li netnews.com.mt ilbieraħ ippubblika l-istorja b’ritratt li skont il-kunsillier tal-Partit Laburista tal-Kunsill tal-Belt Valletta, Ray Azzopardi (xellug) u Ray Attard (lemin) l-eks kunsillier tal-Partit Laburista fil-Belt u impjegat tal-Partit Laburista, il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista għandu jkun iż-żibel, f’messaġġ li kiteb bi tweġiba il-Kunsillier Laburista qal li “din kienet sempliċi ċajta bejn il-ħbieb”.
Il-kunsillier u l-eks kunsillier it-tlieta kienu s-sala tal-għadda tal-voti fin-Naxxar waqt l-Elezzjonijiet Każwali tal-Partit Laburista, u jidher li waqt li kienu hemm jistennew l-għadd tal-voti, huma ddeċidew li jiehdu dan ir-ritratt u jpoġġuh fuq facebook.
Ray Azzopardi qal ż-żibel kien fil-post fejn ittieħed ir-ritratt biex ma jidħol ħadt u għaldaqstant ħadu ritratt miegħu. Azzopardu qal li fl-ebda ħin ma rrefera għal Kap tal-PN bħala żibel.
Ray Attard hu eks kunsillier tal-Partit Laburista fil-Belt Valletta wara li rriżenja f’din il-leġislatura għal raġunijiet personali. B’mod ripetut hu kien ifalli l-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Il-Kunsillier Ray Azzopardi kien diversi drabi f’kontroversji kif ukoll kien kundannat diversi drabi mill-Kunsill Lokali.



