Illejla tiftaħ għall-pubbliku l-Malta Trade Fair, din hi s-60 darba li qed tkun organizzata din il-fiera u bħal dawn l-aħħar snin qed tkun oranizzata fiċ-Ċentru tal-Fieri u l-Konferenzi f’Ta’ Qali, l-MFCC.
Din il-fiera se ddum miftuħa sal-Ħadd 2 ta’ Lulju u matul il-ġranet li se tkun miftuħa se jkun hemm aktar minn 200 negozju li se jeżebixxu l-prodotti u s-servizzi tagħhom.
Min jattendi għall-Fiera ta’ Malta se jkollu ċ-ċans li jirbaħ diversi premijiet inkluż it-tfal li se jingħataw biljett b’xejn biex iżuru iċ-ċentru Esplora fil-Kalkara.
L-Erbgħa filgħaxija saret l-inawgurazzjoni tal-Malta Trade Fair u matulha ċ-Chairman tal-MFCC, Joe Fenech, u l-Kap Eżekuttiv tal-MFCC Anita Mifsud filwaqt li awguraw kull suċċess lill-esebituri semmew kif il-fiera hi mmirata għall-ġenerazzjonijiet kollha mit-tfal sal-anzjani.
U din is-sena ngħataw rikonoxximent ħames eżebituri tal-Malta Trade Fair li f’dawn l-aħħar 10 snin dejjem kienu preżenti bil-prodotti tagħhom f’din il-fiera.
//= $special ?>

