Id-data tat-22 ta’ Ġunju tal-1986 għal diversi persuni hi ġurnata komuni, iżda din kienet il-ġurnata ta’ wieħed mill-aktar gowls famużi fl-istorja tal-futbol. F’dik il-ġurnata ntlagħbet il-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn l-Arġentina u l-Ingilterra fejn spikka Diego Armando Maradona.
Il-logħba ntlagħbet f’Estadio Azteca f’Mexico City, b’Maradona jispikka b’doppjetta. Iżda filwaqt li t-tieni gowl kien kapulavur tal-Arġentin, l-ewwel wieħed kien eżempju perfett tal-abbiltà li tinħoloq kontroversja u opinjoni diversa.
Il-gowl ta’ Maradona baqa’ meqjus bħala l-‘Hand of God’ wara li Maradona kien skorja l-ewwel gowl meta kien antiċipa lill-gowlkiper Ingliż Peter Shilton b’idu. Sal-lum dan għandu l-aktar mument li jispikka fir-rivalità bejn l-Ingilterra u l-Arġentina.
//= $special ?>