Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar irtira l-permess ta’ żvilupp li ngħata fis-sit protett ta’ Għar Għerduf f’Kerċem, Għawdex fejn hemm katakombi ta’ Rumani.
Dan seħħ wara li fl-aħħar ġimgħat tqajmu diversi oġġezzjonijiet għall-permess u issa skont l-Awtorità nstab li s-sit arkeoloġiku jgawdi livell ta’ protezzjoni differenti minn kif kien jidher meta ġiet ipproċessata l-applikazzjoni.
L-Awtorità tal-Ippjanar irtirat il-permess fuq qbil unanimu bejn il-bord, wara li nstab li kien hemm żball fil-klassifikazzjoni tal-protezzjoni ta’ dan is-sit storiku.
Fuq l-applikazzjoni dan is-sit kien ikkunsidrat bħala żona arkeoloġika fil-kategorija Klassi B. Iżda rriżulta li kważi 17-il sena ilu, dan is-sit ingħata protezzjoni akbar u fir-rekords tal-Gvern is-sit ta’ Għar Għerduf.
Fl-aħħar ġimgħat l-għaqda Wirt Għawdex, Din l-Art Ħelwa u s-Soċjeta’ Arkeoloġika qajmu oġġezzjonijiet għal permess li ngħata f’Jannar li għadda.
Fl-ewwel reazzjoni tagħha, l-Awtorita’ tal-Ippjanar qalet li l-permess ingħata fiż-żona tal-iżvilupp u li x-xogħol kien qed isir taħt għajnejn l-uffiċjali tas-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali. L-Awtorita qalet ukoll li l-permess ħareġ wara li ġew ikkonsultati u ma kienx hemm oġġezzjoni la mid-Direttorat tal-Ambjent u lanqas mis-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali.
L-Awtorità qalet ukoll li l-istess diskrepanza dehret fuq is-sistema elettronika tal-Awtorità li hija użata mid-Direttorat tal-Ippjanar meta jiġu evalwati applikazzjonijiet tal-izvilupp.
Din id-diskrepanza giet innuttata wara li c-Chairman tal-Kunsill Ezekuttiv tal-Awtorita’ tal-Ippjanar, Johann Buttigieg, talab kjarifici dwar dan il-permess.
//= $special ?>L-Awtorità tal-Ippjanar tgħid li hemm bażi biex jiġi irtirat il-permess ta’ Għar Għerduf


