Dalgħodu l-Kap tal-PN Simon Busuttil ħabbar ir-responsabbiltajiet tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista għal-leġislatura l-ġdida.
Fost it-tibdiliet mil-leġislatura li għaddiet, hemm ir-rwol ġdid ta’ Claudette Buttigieg illi se tkun Deputy Speaker. Beppe Fenech Adami se jkun nominat għar-rwol ta’ Chairman tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.
Il-Grupp huwa iffurmat kif ġej:
Simon Busuttil, Kap tal-Oppożizzjoni
Mario De Marco, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament, u kielliem għall-finanzi
Beppe Fenech Adami, Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit, kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali u Chairman tal-Kumitat għall-Konitjiet Pubbliċi
Claudette Buttigieg, Deputat Speaker
David Agius, Whip tal-Grupp Parlamentari kif ukoll kelliem għad-Drittijiet taċ-Ċittadin u d-Djalogu Soċjali (ugwaljanza, NGOs, protezzjoni tal-konsumatur, żgħażagħ u sport)
Carm Mifsud Bonnici, kelliem għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ
David Stellini, kelliem għall-Affarijiet Ewropej
Jason Azzopardi, kelliem għall-Ġustizzja u l-Kostituzzjoni
Robert Cutajar, kelliem għall-Kunsilli Lokali
Claudio Grech, kelliem għall-Ekonomija u l-Kompetittività
Robert Arrigo, kelliem għat-Turiżmu u l-AirMalta
Kristy Debono, kelliema għas-Settur tas-Servizzi (servizzi finanzjarji, l-ekonomija diġitali u l-innovazzjoni)
Ryan Callus, kelliem għas-Suq tal-Proprjeta’ u l-Ippjanar tal-Iżvilupp kif ukoll Membru tal-Oppożizzjoni fuq l-Awtorita’ tal-Ippjanar
Edwin Vassallo, kelliem għan-Negozji Żgħar, Self-Employed u l-Koperattivi
Hermann Schiavone, kelliem għall-Amministrazzjoni Pubblika u s-Settur Pubbliku
Therese Comodini Cachia, kelliema għall-Edukazzjoni u Xogħol
Karl Gouder, kelliem għall-Kultura u l-Media
Stephen Spiteri, kelliem għas-Saħħa
Maria Deguara, kelliema għall-Anzjani u l-Persuni b’Diżabilità
Clyde Puli, kelliem għall-Familja u Politika Soċjali
Ivan Bartolo, kelliem għall-Housing Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Faqar
Marthese Portelli, kelliema għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali
Karol Aquilina, kelliem għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima
Jean Pierre Debono, kelliem għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma
Toni Bezzina, kelliem għall-Agrikoltura u Sajd
Mario Galea, kelliem għall-Ħarsien tal-Annimali
Chris Said, kelliem għal Għawdex
Frederick Azzopardi, kelliem għall-Edukazzjoni u l-Politika Soċjali f’Għawdex kif ukoll Deputy Whip
Fi stqarrija maħruġa mill-PN tħabbar ukoll illi għada, il-Grupp Parlamentari se jiddeċiedi jekk Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia hux se jkunu parti mill-istess Grupp.
//= $special ?>