Lokali

Tifel ta’ 7 snin l-isptar wara li nqalbet il-karozza li kien fiha

Tifel ta’ seba’ snin mill-Imqabba ttieħed l-isptar għall-kura wara li ndarab f’ħabta fil-Qrendi.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:10p.m. mar-roundabout tal-Qrendi li tinsab bejn Triq il-Qrendi u Triq it-Tempesta.

L-inċident seħħ meta l-karozza tat-tip Suzuki Alto kellha impatt ma’ karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 50 sena mill-Qrendi. Kawża tal-impatt is-Suzuki Alto nqalbet.

Il-mara u t-tifel ta’ 7 snin kienu maqbuda fil-karozza u inħarġu mill-karozza bl-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post kien hemm Pulizija li assistew il-persuni nvoluti fl-inċident kif ukoll ikkontrollaw it-traffiku.

Dalgħodu fl-istess inħawi seħħ inċident iehor fejn anzjana ttajret minn karozza u weġġgħet gravi.

Ir-ritratti waslulna fuq news@netmedia.com.mt