Kuċċier li kien qed isuq serkin weġġa’ gravi wara ħabta ma’ karozza. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta neqsin għaxra fi Triq Papa Ġwanni Pawlu II fir-Rabat, Għawdex.
Malli l-Pulizija marru fuq il-post sabu li karozza tat-tip Nissan Micra ħabtet ma’ serkin meta dawn it-tnejn kienu qed jinstaqu fl-istess direzzjoni. Il-karozza kienet qed tinstaq minn tfajla ta’ 23 sena, filwaqt li s-serkin kien qed jinstaq minn kuċċier ta’ 50 sena; it-tnejn residenti Għawdex.
Filwaqt li l-kuċċier sofra ġrieħi ta’ natura gravi, it-tfajla ma weġġatx. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt fuq: Arkivji
