Festi Knisja Kultura Lokali

RITRATT: L-Arċipriet taħt il-bastun

L-istatwa fil-marċ tal-Ewwel Tridu

Dun Mario Mangion ilu biss sitt xhur Arċipriet fil-parroċċa San Ġorġ ta’ Ħal Qormi. Iżda jidher illi diġa’ daħal sew fil-qalba tal-komunita’ Qormija.

Ritratt ħelu li qed idur fuq il-media soċjali u li ġibed ħafna kummenti huwa dan ir-ritratt illi ittieħed ilbieraħ u li juri lill-Arċipriet Dun Mario Mangion jerfa’ l-vara ta’ San Ġorġ li tinħareġ fl-Ewwel Tridu tal-festa.

Dun Mario (bil-flokk aħmar) deher sodisfatt jipparteċipa f’din l-ewwel festa tiegħu mal-Qriema. L-Arċipriet ta’ Ħal Qormi mhux biss qed imexxi l-festi interbi fil-Knisja iżda qed jieħu rwol attiv anke fil-festi esterni ta’ San Ġorġ Martri.

Din il-festa tilħaq il-qofol tagħha nhar il-Ħadd li ġej. Illejla, imiss il-marċ tat-Tieni Tridu fejn tittella’ vara oħra din id-darba dik ta’ San Ġorġ fuq iż-Żiemel.

Min jaf jekk dan l-Arċipriet hux se jidħol taħt il-basun illum ukoll?