Seba’ żgħażagħ ser jiġu ordnati djakni mill-Arċisqof Charles J. Scicluna nhar it-Tnejn 26 ta’ Ġunju 2017, fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, fis-6:30 p.m.
Is-seba’ żgħażagħ li ser jiġu ordnati djakni, żewġ seminaristi djoċesani u ħames studenti reliġjużi, huma: Rev. Alan Joseph Adami tal-Ordni tal-Predikaturi, Rev. Jethro Bajada tal-Ordni ta-Aħwa Minuri Kapuċċini, Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq, Rev. Bernard Micallef mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, Ħal Tarxien, Rev. Kenneth Micallef, Salesjan ta’ Dun Bosco, Rev. Kurt Mizzi tal-Ordni Karmelitan, u
Rev. Elmar Pace tal-Ordni tal-Aħwa Minuri Kapuċċini.
Il-Knisja fl-istqarrija qalet li kulħadd huwa mistieden biex jattendi għaċ-ċelebrazzjoni tal-ordinazzjoni u biex jitlob għal aktar vokazzjonijiet u għall-qdusija tal-kleru, speċjalment għal dawk li ser jiġu ordnati djakni nhar it-Tnejn.
//= $special ?>