Lokali

Tarbija ta’ xaharejn, tifla ta’ sentejn u żewġ nisa l-isptar wara ħabta fin-Naxxar

Ritratt: Joe Francalanza

Erba’ persuni, żewġ nisa, tifla ta’ sentejn u tarbija ta’ xaharejn ittieħdu l-isptar minħabba xokk qawwi wara li dalgħodu kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku fi Vjal il-21 ta’ Settembru fin-Naxxar.

L-inċident seħħ wara li l-karozza li kienu fiha in-nisa u t-tfal kellha impatt ma’ karozza ohra u ħabtu f’siġra.

Fuq il-post waslu Pulizija kif ukoll ambulanza li ħadet lin-nisa, lit-tifla u t-tarbija l-isptar minħabba xokk.