Futbol Sport

Tazza tal-Konfederazzjonijiet: Draw li ma jikkuntentax liż-żewġ timijiet

Ernest Mabouka tal-Kamerun iwaqqa' fil-kaxxa lil Alex Gersbach tal-Awstralja (Ritratt: EPA)

Draw ta’ 1-1 bejn il-Kamerun u l-Awstralja fl-ewwel logħba mit-tieni ġurnata ta’ Grupp B. Punt li ftit jikkuntenta liż-żewġ timijiet minħabba li t-tnejn tilfu l-ewwel logħba u għalhekk kompla jikkomplika ċ-ċansijiet li javvanzaw.

Il-Kamerun fetħu l-iskor fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. Kien ballun fit-tul mid-difiża lejn Andre Anguissa li daħal tajjeb u antiċipa l-ħarġa ta’ Ryan meta mattar siequ għal gowl tal-vantaġġ. L-Awstralja ġabu d-draw mas-siegħa logħob meta Ernest Mabouka deher iwaqqa’ fil-kaxxa lil Alex Gersbach tal-Awstralja. Ir-referee tal-logħba ordna l-VAR biex jiġi deċiż jekk għandux jingħata l-penalty, u wara l-konsultazzjoni l-penalty ingħata. Mill-11-il metru Mark Milligan ma żbaljax.