Futbol Sport

Tazza tal-Konfederazzjonijiet: Rekord għal Sanchez fi draw bejn iċ-Ċili u l-Ġermanja

Alexis Sanchez jiċċelebra wara li skorja l-gowl tal-vantaġġ (Ritratt: EPA)

Il-Ġermanja u ċ-Ċili spiċċaw fi draw ta’ 1-1 fit-tieni partita ta’ Grupp B. Dan id-draw jikkuntenta liż-żewġ timijiet li baqgħu fil-quċċata b’erba’ punti, tlieta aktar mill-Kamerun u l-Awstralja. Din il-partita kienet waħda speċjali għall-attakkant Alexis Sanchez li skorja t-38 gowl internazzjonali maċ-Ċili biex qabeż lil Marcelo Salas u sar l-aktar plejer Ċilen li skorja mat-tim nazzjonali.

Iċ-Ċili fetħu l-iskor wara sitt minuti meta Sanchez seraq ballun mingħand sieħbu ta’  Arsenal Mustafi, ħabbat il-ballun ma’ Vidal u b’xutt b’saħħtu fil-baxx għar-rokna għeleb lil ter Stegen. Il-Ġermanja ġabu d-draw fil-41 minuta meta Emre Can ta ballun tajjeb lil Hector fuq ix-xellug li bi kross perfett ġab lil Lars Stindl f’pożizzjoni ideali u mill-viċin kompla għal ġewwa.