Lokali

10 Assistenti Kummissarji ġodda – inkluż l-ewwel mara fl-istorja tal-Korp

Għall-ewwel darba sa mill-bidu tal-Korp tal-Pulizija, uffiċjal mara laħqet f’kariga għolja tal-Korp, bħala Assistent Kummissarju.

Alexandra Mamo ilha 27 sena membru tal-Korp tal-Pulizija u issa mistennija sservi liż-żona ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan, lokalitajiet li twiegħed li se taqdi bl-aħjar mod possibbli.

F’kummenti lil dan is-sit qalet hekk: “Inwiegħed lill-komunità li se nagħmel ħilti kollha biex nipprovdu ambjent sigur u nipproteġuha l-ħin kollu.”

Wasslet ukoll messaġġ ta’ kuraġġ lill-fizzjali l-oħra nisa fil-Korp. “Il-messaġ ġtiegħi hi biex ma ajqtgħux qalbham għaliex hi missjoni sabiħa. Dan għaliex il-ħin kollu qed tgħin kontinwament liċ-ċittadin, lill-komunità, il-vittma, persuni vulnerabbli u wkoll is-suspettati u arrestati għaliex anke dawk għandhom drittijiet li għandna l-obbligu li  nirrispettaw.”

L-uffiċjali l-oħra li laħqu Assistenti Kummissarji huma Neville Xuereb, Stephen Mallia, Dennis Theuma, Ramon Mercieca, Ian Joseph Abdilla, Mario Tonna, Nazzareno Griscti, Kevin Farrugia u Alexander Gatt.

Fi kliem il-Kummissarju tal-Pulizija stess, din hi l-ewwel darba li daqstant uffiċjali se jinħatru f’din il-kariga f’daqqa.

Promozzjonijiet li jkomplu fuq l-introduzzjoni fil-Korp ta’ ammont ta’ fizzjali ġodda li ddaħħlu fl-aħħar jiem, kif ukoll promozzjonijiet lil Kuntistabbli, Spetturi u fil-jiem li ġejjin anke Supretendenti.