F’għeluq il-mitejn sena minn meta l-komunita’ Agostinjana bdiet titmexxa mill-Belt Valletta – il-Knisja ta’ Santu Wistin flimkien mal-oratorju fil-Belt Valletta se jkunu miftuħin għall-pubbliku. Il-ġranet il-pubbliku se jkollu ċ-ċans li jżur x-xogħol u t-tamir li sar fuq l-binja storika, u kif ukoll t-teżori prezzjużi ta’ din il-Knisja.
Minbarra l-knisja u l-oratorju, f’dawn il-ġranet se jkunu miftuħa għall-pubbliku l-kappella l-antika li għadha kif ġiet restawrata, l-librerija tal-kunvent, l-kannierja, flimkien ma’ xelter ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija.
netnews.com.mt mar iżur il-preparamenti li l-kunvent tal-patrijiet Agostinjani ilu snin twal jipprepara għal dan l-avveniment – fejn tkellimna ma’ Fr Alex Cauchi. Fr Alex tkellem ukoll dwar ix-xogħolijiet li qegħdin isiru, fosthom ir-restawrazzjoni ta’ partijiet oħra tal-kunvent.
Minbarra l-aspett storiku marbut mal-Knisja u l-Oratorju, Fr Alex Cauchi spjegalna li se jkun hemm attrazzjonijiet oħra miftuħa għall-pubbliku – fosthom xelter ta’ żmien il-Gwerra li fih se jkunu jistgħu jinżlu u jaraw fejn kienu jistkennu mill-attakki tal-għadu.
Dan kollu se jkun miftuħ għall-pubbliku nhar is-Sibt 24 ta’ Ġunju mill-5pm sa 10pm, u l-Ħadd 25 ta’ Ġunju mid-9 sas-1pm.
//= $special ?>