Lokali

FILMAT: “Kienet hemm għalija, anke meta tfal oħra kienu jgħajruni” – l-istorja ta’ Leah u Kelly

Leah Cocks ta' 14-il sena tirbaħ premju minħabba l-għajnuna tagħha lil Kelly Grech fi żminijiet koroh minħabba problemi ta' saħħa.

Leah Cocks ta’ 14-il sena tirbaħ il-premju għat-tjubija, magħruf bħala l-premju Papa Ġwanni XXIII – dan għaliex matul l-istudji tagħha fil-Kulleġġ ta’ St Thomas More, Leah kienet tgħin lil ħabiba tagħha Kelly Grech. Kelly għaddiet minn żminijiet diffiċli minħabba li sofriet marda fl-eta’ żgħira ta’ 12-il sena, fejn saħansitra għamlet xhur twal barra mill-iskola.

Iżfa fortunatament, f’dawn iż-żminijiet xejn sbieħ, Kelly sabet il-wens f’Leah – hekk kif din tal-aħħar kienet tgħin f’dak kollu li hemm bżonn matul l-istudji tagħhom flimkien.

Fl-ewwel reazzjoni tagħhom wara l-premjazzjoni tal-unur mingħand il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, Kelly spjegat kif meta fl-iskola kien hemm tfal oħra li kienu jgħajruha minħabba l-problemi ta’ saħħa li għaddiet minnhom, kienet il-ħabiba tagħha Leah li ma tatx każ x’jaħseb ħaddieħor u baqgħet tgħina. Fl-istess ħin, netnews.com.mt ħa l-kumment ukoll tar-rebbieħa tal-premju Leah, fejn f’messaġġ lil żgħażagħ oħra appellat biex jibqgħu jagħmlu dak li għalihom hu tajjeb, u ma jagħtux widen għal meta ħaddieħor jipprova jaqtalhom qalbhom. Kliem ta’ żewġ tfajliet li għandu jkun ta’ tagħlima għall-kulħadd.