Kultura Lokali

Gaia Cauchi toħroġ l-ewwel kanzunetta u video mużikali tagħha

Il-kantanta Maltija Gaia Cauchi ħarġet l-ewwel kanzunetta oriġinali tagħha akkumpanjata mill-music video bl-isem ta’ Hey Hello.

Il-kanzunetta titratta fuq it-tema tal-baħar u s-sajf. L-istorja tal-kanzunetta hija dwar żgħażugħha li fix-Xitwa qed tiftakar fis-Sajf ħelu li kellha. Tiftakar li f’ġurnata minnhom meta marret il-baħar u iltaqet ma’ ġuvni li għoġobha.

Gaia qalet li tinsab kuntenta ħafna li fl-aħħar irnexxielha toħroġ din id-kanzunetta li tant kien hemm preparament għaliha. Il-kanzunetta ħadet ‘il fuq minn sena biex tlestiet. Kien hemm diversi nies involuti kif ukoll persuni li tawhom is-sapport, fosthom il-ġenituri ta’ Gaia nnifisha.

Rodney Gauci qal li l-video mużikali jirrakkonta storja ta’ tfajla li tiftakar fil-memorji tas-sajf. Il-mużika hija miktubha minn Cyprian Cassar u l-kliem miktuba mill-MUXU. Cauchi kienet l-ewwel kantanta Maltija li qatt rebħet il-Junior Eurovision Song Contest erba’ snin ilu.