Kultura

Għada ssir l-ewwel produzzjoni ta’ After Medea fil-Ġnien l-Għarusa tal-Mosta

Fl-Amfiteatru li jinsab fil-Ġnien tal-Għarusa tal-Mosta bejn is-Sibt u l-Ħadd isiru l-produzzjonijiet ta’ After Medea.

Din il-play minn FM Youth Theatre għandha bħala Direttriċi lil Laura Wyatt O’Keeffe, attriċi u kittieba Irlandiża u hi ispirata mill-Medea ta’ Euripides, it-traġedja Griega u bbażata fuq il-mitoloġija ta’ Jason u medea li kienet prodotta għall-ewwel darba fis-sena 431 qabel Kristu.

Il-play hi ġrajja ta’ relazzjonijiet u mħabba. Għal min hu interessat, wieħed jista’ jattendi l-Amfiteatru sa mit-20:15, bil-bookings isiru fuq 2141 9306.