Nhar it-Tnejn, 26 ta’ Ġunju, fl-okkażjoni ta’ l-20 sena mit-twaqqif tagħha, l-Għaqda Armar Triq Diċembru 13 tan-Nadur ser tesebixxi spettaklu uniku fil-gżira Għawdxija bl-isem ta’ “Tifkirietna” li se jkun qed jinkludi storja, spettaklu mużikali, dwal, kif ukoll nar sinkronizzat.
Dan kollu se jkun qed isir sabiex ifakkru l-1950 mill-martirju ta’ l-appostli San Pietru u San Pawl, il-150 sena mill-konsagrazzjoni tat-tempju ddedikat lilhom, 50 sena minn meta dan it-tempju ġie mgħolli għad-dinjita ta’ bażilika u l-50 sena mit-twaqqif tas-Soċjeta Filarmonika Mnarja.
L-Għaqsa Armar Triq Diċembru 13 tan-Nadur spjegat li l-programm se jibda b’marċ fid-9:30pm, bl-istatwa artistika tal-Għoti tal-Missjoni lil San Pietru u San Pawl. Dan filwaqt li l-marċ mistenni jkun akkumpanjat mill-Banda Mnarja tan-Nadur u mill-Banda Santa Margerita ta’ Sannat.
Jieħdu sehem qalb l-ispettaklu se jkun hem ukoll iż-żewġ baned ta’ Birżebbuġa, li flimkien ser jieħdu sehem f’din il-manifestazzjoni bħala skambju ta’ ħbiberija.
Sadanittant għall-ħabta ta’ 12:00am, isir it-tlugħ ta’ l-istatwa fuq il-pedestall artistiku fi Triq Diċembru 13.
//= $special ?>
