Lokali

Ħadd ma jweġġa’ f’ħabta ‘head-on’ bejn karozza tal-RIU u trakk

Ħadd ma weġġa’ f’ħabta ‘head-on’ bejn karozza tar-Rapid Intervention Unit u trakk fiż-żona tal-Girgenti.

L-inċident seħħ dalgħodu, hekk kif iż-żewġ vetturi kienu qed jinstaqu fid-direzzjoni opposta.

Mal-impatt, il-vetturi ġarrbu ħsarat konsiderevoli, b’mod partikolari l-karozza tal-Pulizija.

Madankollu, fortunatament, ħadd minn dawk involuti ma weġġa’.

Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.