Aktar kmieni dan ix-xahar, ġiet organizzata inizjattiva fejn aktar minn għoxrin għaddasa wettqu tindifa f’qiegħ il-baħar f’ San Pawl il-Bahar fejn il-maġġoranza ta’ dawn l-għaddasa huma parti mill-Grupp Malta Skin Divers.
Matul dan l-avveniment, inizjattiva parti mill-‘Health Week ta’ MAPFRE, inġabar aktar minn 500 kilogramma ta’ skart matul medda ta’ sagħtejn.
Matthew Agius, membru tal-klabb Malta Skin Divers Club, sostna li s-sigurtà, ir-rispett għall-ambjent u l-konservazzjoni huma dejjem fuq l-aġenda tal-Malta Skin Divers Club.
Sadanittant, Ines Silva, Kap tar-Riżorsi Umani ta’ MAPFRE Middlesea spjegat li dawn l-inizjattivi huma importanti ħafna u huwa mod sabiex tingħata xi ħaġa lura lill-komunità.
//= $special ?>

