Lokali

Jinstab George Galea – irrappurtat nieqes darbtejn fi tmien xhur

Il-Pulizija rnexxielha ssib lil George Galea ta’ 59 sena (ritratt) li ġierrappurtat nieqes għat-tieni darba fi tmien xhur.

It-Tlieta li għadda l-Pulizija qalet li rawh l-aħħar ħdejn ir-residenza tiegħu f’Birżebbuġa, liebes flokk iswed u jeans iswed u kellu ġiżirana b’salib kulur il-fidda.

Tmien xhur ilu Galea kien instab mill-Pulizija f’Tas-Sliema wara xi jiem  mindu sar appell għall-għajnuna tal-pubbliku.