Wara li aktar kmieni din il-ġimgħa tħabbru l-avversarji tal-erba’ timijiet Maltin impenjati fil-kompetizzjonijiet Ewropej, issa tħabbru wkoll id-dati u l-ħinijiet tal-logħob skedati mill-ewwel rawnd taċ-Champions League u Europa League. Iċ-Champions se jkunu qed jilagħbu l-partita kontra FCI Tallinn fil-Hibernians Stadium it-Tlieta 27 ta’ Ġunju, logħba li tibda fit-8.00pm.
Valletta wkoll se jkunu qed jilagħbu l-ewwel logħba mill-ewwel rawnd tal-Europa League f’darhom. Huma se jkunu qed jilagħbu kontra SS Folgore l-Ħamis 29 ta’ Ġunju wkoll fil-Hibernians Stadium fid-8.45pm.
Floriana u Balzan ukoll ikunu fl-azzjoni fl-ewwel rawnd ta’ din il-kompetizzjoni. Floriana se jilagħbu s-Serbja kontra Red Star Belgrade fi Stadion Rajko Mitic fit-8.30pm filwaqt li l-logħba ta’ Balzan se jilagħbu fl-Ungerija kontra Videoton fil-Pancho Stadium fid-8.45pm. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu wkoll il-Ħamis 29 ta’ Ġunju.
Hiberians jilagħbu t-tieni leg tagħhom f’Talinn it-Tlieta 4 ta’ Lulju fis-6.00pm, filwaqt li fl-istess ġurnata, Balzan jilagħbu t-tieni leg tal-ewwel rawnd tal-Europa League fis-5.45pm kontra Videton fil-Hibernians Stadium.
Il-Ħamis 6 ta’ Lulju jkunu fl-azzjoni Floriana u Valletta. Il-Furjaniżi jilagħbu fil-Hibernians Stadium kontra Red Star Belgrade fit-8.30pm, filwaqt li fl-istess ħin Valletta jilagħbu f’Serravalle kontra SS Folgore.
//= $special ?>