Lokali

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tivvota favur il-liġi dwar iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess – PN

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li waqt laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-PN llejla, ġie deċiż li l-Partit Nazzjonalista se jivvota favur il-liġi dwar żwieġ bejn persuni tal-istess sess meta din titressaq fil-Parlament il-ġimgħa d-dieħla.

Il-Partit Nazzjonalista qal li dan l-impenn jirrifletti l-wegħda li l-PN daħħal fil-programm elettorali dwar id-dritt ta’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Fil-Parlament, id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista se jkunu qed iressqu numru ta’ emendi fi stadju ta’ kumitat sabiex l-abbozz preżenti jiġi mtejjeb. Dan fid-dawl li se jkunu qed jivvotaw favur il-liġi kemm fit-Tieni Qari kif ukoll fl-aħħar stadju.

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-lum saret qabel il-ftuħ tal-Parlament nhar it-Tnejn li ġej.

Għada ser issir iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Parlament.