Sentenza ta’ ħabs lil żewġ bouncers li ferew raġel Taljan fl-2010 tnaqqset għal proabtion fl-appell. Il-bouncers Stephen Grima minn San Ġwann u Bernard Briffa mill-Belt kienu akkużati bl-attentat ta’ qtil ta’ Luca Di Mauro u Riccardo Miano wara li tawh xebgħa barra l-Clique Nightclub f’Paceville.
Dawn l-akkużi kienu aktar tard mibdula għal feriti gravi. Il-Qorti qalet li Briffa ma kellux każi oħra u kien iltim sa minn età żgħira u trabba minn nanntu. Hu għandu ħajja stabbli u martu għandha bżonnu minħabba problemi ta’ saħħa.
Fil-każ ta’ Catania l-Qorti qalet li l-uffiċjal tal-probation qal li hu għandu żewġ problemi prinċipali; problema kbira ta’ droga u rabja kbira interna.
Il-Qorti qalet li piena ta’ ħabs ma tgħinx lill-akkużati u għalhekk bidlet is-sentenza għal probation order għal tliet snin. Il-multa ta’ €1000 inżammet.
//= $special ?>

