L-istorja ewlenija f’In-Nazzjon tiżvela komunikat tal-ogħla uffiċjali tal-Kumitat PANA tal-Unjoni Ewropea maħruġ din il-ġimgħa stess, li fih, waqt li ssejjaħ lill-Kunsill tal-Ministri biex ikun aktar trasparenti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa, jingħad ukoll li l-Presidenza Maltija tal-UE ilha tiċħad kategorikament għal dawn l-aħħar sitt xhur stediniet li sarulha dwar dawn l-issues mill-Kumitat. In-Nazzjon jiżvela wkoll siltiet mill-istess rapport tal-Kumitat PANA.
Stejjer oħra jittrattaw ir-responsabbiltajiet ġodda tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, il-laqgħa tal-mexxejja tal-PPE fi Brussell u r-reazzjoni tal-Kamra tal-Periti għall-appelli li għamlet il-Kamra tal-Inġiniera fejn it-tnejn qed isejħu għal regolamenti tal-bini aktar aġġornati u li jilqgħu għall-bżonnijiet tal-lum tal-industrija tal-kostruzzjoni qabel ma jkun tard wisq.
Fil-paġni tal-opinjonijiet hemm l-analiżi politika ta’ Joe Zahra u r-riflessjoni ta’ kull ġimgħa ta’ Fr Mario Attard.
//= $special ?>