Kultura

Spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika f’Kerċem

Għat-tielet sena konsekuttiva, l-Għaqda Festa Għajn Tuta se ttella’ l-ispettaklu tan-nar sinkronizzat mal-ajru fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tas-Sokkors.

Din il-festa tiġi ċċelebrata fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju. Din is-sena, it-tema hi Pyrofantasia-Zero Gravity li tinkludi nar tradizzjonali kif ukoll spettaklu uniku u spettakolari piromużikali.

L-ispettaklu jibda għall-ħabta tad-21:00 nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Lulju.