Sport Sport Ieħor

Tliet rebħiet fl-individwali għal Malta fit-Tazza tad-Dinja tat-Teqball

Il-kontinġent Malti li jinsab f'Budapest

Fl-Elek Gyula Arena fil-qalba ta’ Budapest ingħata bidu għall-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tat-Teqball organizzat mill-Federazzjoni Internazzjonali tat-Teqball. It-tim Malti hu magħmul mill-plejers James Paris u Anthony Mamo mmexxija mill-kowċ Laszlo Hajossy u mill-uffiċjal Timothy Gingell u Attila Kocsis bħala fiżjoterapista.

Filwaqt li l-Assoċjazzjoni Maltija għandha wkoll lill-eks plejers internazzjonali Malti u ta’ Valleta Gilbert Agius bħala ambaxxatur, fl-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni l-attenzjoni kienet fuq l-individwali.

Riżultat sodisfaċenti fl-ewwel esperjenza internazzjonali fejn James Paris għeleb lil Abdur Razzaque ta’ Bangladesh 2-0 kif ukoll bl-istess skor lil Kneip tal-Finlandja. Paris iżda tilef 2-0 kontra Milan Lukic tas-Serbja u 2-0 kontra Romain Gesmier ta’ Franza.

Wara li għeleb lil Marc Dittrich tal-Kanada 2-1, Anthony Mamo tilef 2-0 kontra Duarte Meneses tal-Portugall u 2-0 kontra Lazar Zslot tar-Rumanija. Fit-tieni ġurnata ta’ kompetizzjoni, James Paris u Anthony Mamo jkunu fl-azzjoni fid-doubles.

Tags