Il-Qawwa tal-Ajru tat-Turkija, permezz tat-tim aerobatiku The Turkish Stars, se tieħu sehem fil-25 edizzjoni tal-Malta International Airshow li se ssir bejn it-23 u l-24 ta’ Settembru li ġej.
It-Turkish Stars hu ffurmat minn tmien supersonic fighter jets, tat-tip Canadair NF-5s, li kienu nkisbu mir-Royal Air Force tal-Olanda, u li jagħmlu dan it-tim nazzjonali aerobatiku fost il-ftit li jagħtu wirjiet b’ajruplan supersonic, u wkoll l-uniku tim iffurmat bi tmien supersonic jets.
Is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni li torganizza l-Malta International Airshow, qalet li hi onorata bil-preżenza tat-tim nazzjonali aerobatiku tat-Turkija, li din is-sena qiegħed jiċċelebra wkoll il-25 anniversarju mit-twaqqif tiegħu.
//= $special ?>

