Internazzjonali

140 persuna midfuna taħt it-terrapien fiċ-Ċina

Huma aktar minn 140 il-persuna li huma mirduma wara valanga fil-Lbiċ taċ-Ċina. Valanga li radmet madwar 40 residenza fir-raħal ta’ Xinmo. Dan wara li ċediet parti minn muntanja li hemm biswit wara ġranet ta’ xita qalila.

Ħaddiema ta’ salvataġġ qiegħdin ifittxu għal dawk li setgħu baqgħu ħajjin taħt it-terrapien.